Fis-skiet, meta konna flimkien
Int urejtni l-imħabba tieghek
Fik emmint, ħallejtni mingħajr dubju
Qatt ma ntbaħt kull darba li kont miegħek
Kif weġġgħajtni meta sirt naf li int
Bdiltni bla rażan, bl-amment
Djieq ta' qalb, m'hemx kliem jiddeskrivi l-imrar ġo fija
Tradejtni vilment!
Issa, daqsekk, għalik mhux fil-bżonn - isma x'ser ngħidlek
Issa, in-nuqqas tiegħek m'għadux jgħodd - daqsekk biżżejjed
Issa, tgħallimt ma nerrġax nieħu l-istess żball
Int ħsibt li kont ninqeda bik, naħlilek żmienek
Hemm fejn int żbaljajt
Kif weġġgħajtni meta sirt naf li int
Bdiltni bla rażan, bl-amment
Djieq ta' qalb, m'hemx kliem jiddeskrivi l-imrar ġo fija
Tradejtni vilment!
Issa, daqsekk, għalik mhux fil-bżonn - isma x'ser ngħidlek
Issa, in-nuqqas tiegħek m'għadux jgħodd - daqsekk biżżejjed
Issa, tgħallimt ma nerrġax, qatt ma nerrġa nieħu l-istess żball
Issa! L-imrar ġo fija! Tradejtni vilment!
Issa, tgħallimt ma nerrġax nieħu l-istess żball